Ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Marsaskala u Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar waslet biex is-sewwieq tat-Toyota ittieħed l-isptar għal aktar kura.
Dan ġara għall-ħabta tas-14.00 fi Triq Villabate f’Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post.
Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.