Mara ta’ 30 sena li ngħatat sentenza ta’ sentejn u erba’ xhur ħabs, kellha s-sentenza mnaqqsa fi stadju tal-appell, biex issa se tintbagħat sena u xahrejn ħabs fuq akkużi ta’ serq.
Sandra Grixti ammettiet fil-Qorti li lura f’Awwissu tal-2014 serqet nuċċali tax-xemx u għadd ta’ fliexken tal-Coca Cola minn vann ipparkjat fl-Imsida. Wara li l-Qorti qieset li l-akkużta ngħatat ordni ta’ probation 4 xhur qabel, ikkundannatha għal sentejn u erba’ xhur ħabs u tatha ordni biex tieħu trattament biex tiġġieled il-vizzju tad-droga.