Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u l-MUT iffirmaw ftehim kollettiv ġdid biex bejn din is-sena u l-2022 ikun hemm parametri ċari li jirregolaw il-prattiċi tal-iskejjel tal-Knisja, kif ukoll kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol.
Fr. Charles Mallia, mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, qal li dan il-ftehim jirrispetta l-identità, il-ħidma, u l-awtonomija tal-iskejjel tal-Knisja, u se jgħin biex ikun hemm esperjenza edukattiva iktar ħolistika għall-istudenti ta’ dawn l-iskejjel.
Il-President tal-MUT Marco Bonnici spjega kif l-ewwel ftehim bejn iż-żewġ entitajiet kien 30 sena ilu, u għalhekk, kien hemm ħtieġa għal ftehim li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent ta’ dawn l-iskejjel.
Il-ftehim ġie ffirmat ftit tal-ħin ilu mill-Arċisqof Charles Scicluna.