L-Awtorità tal-Ippjanar approvat ħames proġetti li jammontaw għal miljun ewro, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja f’diversi bliet u villaġġi Maltin u Għawdxin . Il-flus għall-proġetti nkisbu mill-Fond għall-Iżvilupp u Ippjanar, u se jolqtu il-Mosta, il-Mellieħa, Birżebbuġa, San Ġiljan, u n-Nadur Għawdex.
Il-proġetti huma:
- Sistema ġdida ta’ dawl fi Triq Għajn Żejtuna, il-Mellieħa;
- Pitch tal-futbol fi Triq l-Imġarr, in-Nadur;
- Kameras tas-sigurta f’4 ġonna pubbliċi fil-Mosta;
- Kisi mill-ġdid ta’ diversi toroq f’Birżebbuġa u San Ġiljan
Il-fond għall-Iżvilupp u Ippjanar twaqqaf f’Jannar 2017 biex ikun hawn iktar opportunitajiet għal proġetti maġġuri ta’ dan it-tip. Il-Fond huwa ta’ spalla għall-Kunsilli Lokali, NGOs, u Aġenziji tal-Gvern li jridu jwettqu proġetti għal għixien aħjar tar-residenti tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin kollha.