L-Amministrazzjoni tal- Partit Laburista sellmet il- memorja tal- Perit Dom Mintoff, 102 wara jum it-twelid tal-eks Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista, permezz ta’ tqegħid ta’ fjuri mal-monument tiegħu f’Bormla.Id-delegazzjoni kienet magħmula mid-Deputat Prim Ministru u Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne, il-President Daniel Micallef, Il-Viċi President Louis Gatt, il-Kap Eżekuttiv Randolph De Battista, is-Segretarju Internazzjonali Marc Vella Bonnici, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Byron Camilleri, il-President tas-Sezzjoni Kunsilliera Mario Fava u ċ-Ċermen tal- Fondazzjoni Ideat Dominic Grech.
Mintoff, deskritt minn bosta bħala ġgant fil- politika Maltija, jibqa’ magħruf għal numru ta’ proġetti soċjali li wettaq, l-investimenti li ġab u kisbiet kostituzzjonali importanti bħall-kisba ta’ ħelsien sħiħ mir-Renju Unit.