Il-Korea ta’ Fuq jidher li mhux minnu waqqfet il-programm nukleari tagħha u b’hekk kompliet tikser is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.
Dan ġie żvelat minn rapport kunfidenzjali tan-Nazzjonijiet Uniti, li rrappuratat dwaru r-Reuters.Ir-rapport nħareġ minn esperti indipendenti li jevalwaw l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, u ġie sottomess lill-kumitat inkarigat mill-Kunsill tas-Sigurtà dwar is-sanzjonijiet għall-Korea ta’ Fuq tard il-Ġimgħa filgħaxija.
F’rapport voluminuż ġie spjegat kif il-Korea ta’ Fuq kellha żieda kbira ferm fit-trasferimenti illeċiti ta’ prodotti relatati man-nuklejar tul din is-sena.
Ir-rapport żvela wkoll li l-Korea ta’ Fuq qed tikkopera dwar bażi militari mas-Sirja, waqt li qed tipprova tbigħ l-armi lill-Houthis tal-Yemen.