Somalu ta’ 28 sena qed jinżamm arrestat wara li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt xogħolhom. Huwa qed ikun akkużat ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, kiser il-paċi pubblika, u li kien taħt l-influwenza tax-xorb. Il-każ seħħ il-Ħamis fi Triq Balbi l-Marsa għall-ħabta ta’ 12.00.
Skont informazzjoni mill-Qorti, l-akkużat huwa reġistrat fiċ-ċentru l-miftuħ tal-Marsa.
Huwa qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija.