Vladimir Franz huwa avukat li wara li spiċċa t-taħriġ fil-qasam tal-liġi ddeċieda li jsegwi l-passjoni tiegħu li hija propju l-arti. Iżda Vladimir Franz mhuwiex biss avukat u artist iżda huwa wkoll kompożitur klassiku u tal-opri. Huwa qajjem ħafna interess u diskussjoni fil-midja dan wara li iżjed minn 88,000 ċittadin iffirmaw ittra li titlob lil Vladimir biex jikkontesta għall-elezzjoni ta’ President tar-Repubblika Ċeka.
Matul il-kampanja tiegħu, Vladimir Franz, kien imniżżel bħala ‘Green Candidate’, mhux għax huwa ambjentalist iżda minħabba l-lewn tat-tpinġija tiegħu.
Il-kandidatura ta’ Vladimir Franz introduċiet partit indipendenti. F’waħda mill-intervisti huwa beda billi qal: “It-tpinġija tiegħi qisha l-ġnien privat żgħir tiegħi, mhix ta’ ostaklu anzi ttini iżjed valuri, dan għaliex l-elezzjonijiet mhumiex kompetizzjoni ta’ sbuħija iżda ta’ iżjed tolleranza u kultura.”
Minkejja li ma rebaħx l-elezzjoni, huwa klassifika fit-tielet post. Ġie appuntat bħala Deputat Ministru tal-Kultura. Fl-elezzjoni Presidenzjali li jmiss, tgħid ser inkunu qiegħdin naraw l-ewwel President b’dan l-ammont ta’ tpinġija?