L-investigaturi sabu l-kaxxi s-suwed mit-titjira tal-Aeroméxico wara li t-Tlieta li għadda ġġarraf l-ajruplan fl-istat tat-Tramuntana ta’ Durango fil-Messiku.
Il-mija u tliet passiġġiera abbord flimkien mal-membri tal-ekwipaġġ salvaw, b’sebgħa u disgħin minnhom indarbu, tnejn minnhom serjament.
Fil-preżent għadu mhux magħruf x’kienet il-kawża ewlenija biex wasslet għat-tiġrif tal-ajruplan.
Intant, sal-jum tal-Erbgħa kienu erbgħa u sittin persuna li ħarġu mill-isptar.