Tul il-lejl insterqu xi affarijiet minn ħanut tal-kompjuters fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.
Għall-ħabta tal-23.00, daqq l-alarm ta’ ħanut fi Pjazza Antoine De Paule f’Raħal Ġdid. Il-Pulizija marru mal-ewwel fuq il-post, iżda ma nstab ħadd fil-ħanut. Wara kien irrappurtat li nstabu affarijiet nieqsin mill-ħanut.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.