Il-Ministeru għall-Ambjent u Żvillup Sostenibli għadu kif ippublika numri ta’ liġijiet ġodda bil-għan li jiġu protetti numru ta’ siġar u msaġar.
Dan f’ħidma kontinwa sabiex jiġi protett l-ambjent b’kollaborazzjoni wkoll tal-pubbliku fejn kien hemm rispons qawwi.
Intant, il-Ministru Jose Herrera spjega kif l-2018 hija sena rekord għall-ammont ta’ siġar li tħawlu hekk kif diġà tħawlu aktar minn 8,000 siġra u baqa’ 4,000 siġra oħra x’jitħawlu – tlett darbiet aktar mis-sena li għaddiet.
Il-liġijiet il-ġodda jinkludu fost l-oħrajn protezzjoni addizzjonali lil speċi ta’ siġar ġodda, sistema ta’ penali ġdida u speċjalisti liċenzjati tas-siġar.