Vettura tat-tip BMW ħadet in-nar u ġarrbet ħsarat estensivi. Dan seħħ fi triq it-Tamburin fiż-Żejtun għall-ħabta tal-22.10 tal-bieraħ filgħaxija.
Barra minn hekk, inkisret il-vetrina ta’ ħanut fil-qrib u żewġ flats, iżda n-nirien kien ikkontrollat qabel ma nfirex mal-ħanut kollu. Il-Perit Richard Aquilina li se jkun qed iħejji rapport dettaljat dwar il ħsarat fl-istruttura
Fuq il-post hemm l-Ispettur Charlotte Curmi u Uffiċjali tal-Pulizija mill-Għassa taż-Żejtun, u xi membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jevalwaw il-ħsarat li saru min-nirien.
Dwar il-każ inħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Marcenn Farrugia.