Il-Korea ta’ Fuq qed tibni missili ġodda minkejja ftehim riċenti mal-Istat Amerikan waqt summit hekk imsejjaħ ‘storiku’ bejn il-Mexxej Kim Jong-Un, u l-President Amerikan Donald Trump.
Uffiċjali mill-Istati Uniti qalu li satelliti qabdu attività kontinwa fuq sit fejn hu magħruf li jintuża għall-bini tal-missili.
Sa issa għad m’hemm ebda rapporti jew indikazzjoni ta’ liema stat tinsab fih din l-operazzjoni.