Il-fotografu Bernard Polidano li kien preżenti f’ Tas-Sliema iktar kmieni llum qabdu dan il-mument ħelu qalb il-kaos li nħoloq kawża ta’ nirien li ħakmu spiżerija u ħanut biswitha.
Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għenu lil xulxin waqt l-operazzjoni qatigħa, fejn fost oħrajn ngħatat l-għajnuna lil ħames persuni, u ssalvaw żewġt iklieb.