Żewġt itfal u l-bużnanna tagħhom huma fost il-ħames persuni li ħajjithom intemmet ħesrem minħabba n-nirien qawwija li ħakmu l-istat ta’ Kalifornja.
Flimkien magħhom mietu żewġ pumpiera, sbatax-il persuna oħra għadhom irrappurtati nieqsa, u għexieren t’eluf kienu mġiegħla jħallu djarhom.
Sal-Ħadd waranofsinhar kienet biss ħamsa fil-mija tal-fjamma li ġiet ikkontrollata.
In-nar tkebbes it-Tnejn u minn dakinhar ’l hawn inxtered fuq aktar minn mija u disgħin kilometru kwadru ta’ art.