It-Tnejn filgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat se jibda l-impenji tiegħu f’Tokyo, il-Ġappun, fejn qed imexxi delegazzjoni ta’ kummerċ.
Fost l-impenji tal-Prim Ministru hemm ukoll laqgħa mal-Prim Ministru Ġappuniz Shinzo Abe. Il-Prim Ministru se jkun qed jindirizza business forum organizzat minn Trade Malta u l-Japanese External Trade Organisation (JETRO).
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u l-Membru Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qed jakkumpanjaw lill-Prim Ministru bħala parti mid-delegazzjoni.