Aaron Caruana ta’ 31 sena tressaq il-Qorti mixli li mexxa għadd ta’ briedel bl-iskop ta’ prostituzzjoni. Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, l-imputat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih bis-sentenza finali mistennija tingħata għada, sadanittant huwa ser jinżamm arrestat.
Caruana huwa s-sid ta’ żewġ stabbillimenti ta’ massaġġi fosthom l-Empire Massage Parlour u Relaxing Massage Parlour li ngħalqu mmedjatament mill-Pulizija.
Fl-Ispettur John Spiteri mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji spjega kif il-Pulizija waslet għall-imputat wara li interċetat il-paġni ta’ facebook tal-imsemmija stabbilimenti.