Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa għandu jieqaf jaħseb li hu ‘l fuq mil-liġi. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista fejn spjega li filwaqt li l-PL mhux se jikkummenta fuq rapporti jew spekulazzjoni, ma jistax ma jinnotax li David Casa jaħseb li jista’ jagħmel li jrid.
Il-PL qal li dan għax sal-lum dwar David Casa hemm żewġ affarijiet ċerti. L-ewwel waħda hi li mar fl-Unjoni Ewropa jippromwovi gidba ċċertifikata fuq il-Prim Ministru u familtu. Gidba bbażata fuq dokumenti foloz kif illum jirriżulta mill-inkjesta Egrant.
Spjega li huwa ċert ukoll li David Casa ppubblika rapport tal-FIAU imbgħabas u b’nuqqasijiet kbar.
L-istqarrija temmet tgħid li dan kollu jagħmel lil David Casa politiku falz.