Ir-Raġel ta’ 34 sena li nhar il-Ġimgħa li għaddiet ikkometta l-Hold Up f’ The Convenience Shop f’ Ħal Tarxien ser jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li nhar il-Ġimgħa wettaq hold-up f’‘The Convenience Shop’ f’ Ħal Tarxien.
Bl-għajnuna tal-avukat Arthur Azzopardi huwa ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, filwaqt li tressaq mill-Ispettur Joseph Mercieca mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u l-Ispettur Shawn Pawney tad-Distrett.
L-Avukat Azzopardi talab sabiex il-Qorti tingħata indikizzajoni dwar piena għalih, sabiex filwaqt li l-imputat jingħata l-piena għar-reati tiegħu, jiġu ttrattati wkoll xi problemi psikoloġiċi li għandu u kif ukoll il-problema tal-abbuż tad-droga. Huwa talab ukoll li jitqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni.
Il-Prosekuzzjoni ma’ oġġezzjonatx għal dawn it-talbiet, filwaqt lill-Qorti laqgħet iż-żewġ talbiet u talbet ukoll li jsir rapport dwar l-imputtat u ordnat it-‘temporary supervision order’ sabiex jiġi segwiet minn professjonisti.
Apparti minn hekk huwa ġie mixli b’ għadd ta’ serqiet oħra fil-ġimgħat li għaddew. Il-Qorti ordnat id-divjett tal-isem tal-akkużat. L-Avukat Azzopardi qal ukoll kif l-akkużat irritorna l-flus kollha misruqa u kif ukoll ħalas għal ħsarat kollha li għamel.