Raġel mill-Gambja ġie kkundanat sitt xhur ħabsa sospiżi għal sena, dan wara li Musa Ceesay ta’ 33 sena tressaq il-qorti mixli li nhar is-27 ta’ Lulju għamel użu minn dokumenti maħruġin lil persuni oħra fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fil-Qorti megħjun mill-Avukat Graziella Tanti huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.
L-Ispettur Darren Buhagiar spjega kif seħħ l-arrest tiegħu wara li ġie mwaqqaf minn uffiċjali tad-Dwana wara li kien ġej minn titjira minn Bari.
Huwa spjega kif dan seraq id-dokumenti fosthom il-passaport minn ġo residenza oħra u li kienu jappartjenu lil Yaya Ceesay.
Madankollu spjega wkoll kif matul l-istess żmien, lok u ċirkostanzi ta’ prospett falzi, dikjarazzjoni falza hew tagħrif ta’ fatti foloz lill-Uffiċjal Prinċpali tal-Immigrazzjoni.