Il-Qorti Għawdxija tal-Maġistrati tat sentenza sospiża lil żagħżugħ li għamel attentat ta’ serqa kmieni t-Tlieta filgħodu.
Isak Emil Oscar Dahl tressaq il-Qorti mill-Ispettur Maurice Curmi akkużat li prova jwettaq serqa fil-Pjazza tax-Xagħra fit-tlieta neqsin kwart tat-Tlieta filgħodu.
In-Norveġiż li jgħix Għawdex wieġeb ħati li żamm raġel kontra l-volonta tiegħu, prova jagħmel serqa aggravata bi vjolenza u kien fil-pussess ta’ arma finta waqt li għamel reat.
Fid-dawl li ammetta l-akkużi, il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba snin, filwaqt li ordnat il-konfiska tal-arma finta ntużata.