Żewġ nisa tqal inżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja li serqu kartiera bi flus f’ħanut tal-ħwejjeġ fil-Belt Valletta.
Il-każ seħħ f’Ġunju li għadda, bl-imputati ingħarfu mill-filmati tas-sigurta’ f’każ ieħor simili ta’ serq mill-bwiet tan-nies. In-nisa li kienu diġa l-ħabs ma talbux għall-ħelsien mill-arrest.