Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul Ġunju li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’aktar minn sitt mija u ħamsin persuna meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri tal-NSO dwar il-qgħad juru li kien hemm tnaqqis ta’ kważi sebgħa u għoxrin fil-mija, biex issa l-persuni fuq il-kotba tal-qgħad niżlu għal taħt l-elf sebgħa mija u tmenin.
Iċ-ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika juru li f’Ġunju li għadda, ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 560 persuna qiegħda minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru u kważi mija oħra minn fuq it-tieni parti tar-reġistru.
Il-qgħad naqas fil-kategoriji kollha tal-persuni li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol bl-akbar tnaqqis ikun rreġistrat fost dawk li kienu ilhom ifittxu impjieg għal dawn l-aħħar wieħed u għoxrin ġimgħa.