L-istqarrija tal-MEP David Casa llum ma fiha xejn ġdid u hija dwar allegazzjonijiet li ilu jagħmel żmien. Allegazzjonijiet li wkoll ħadhom biex ikunu investigati minn inkjesti maġisterjali.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li wieħed jistenna li nsiru nafu l-verità kif sirna nafu fil-każ tal-inkjesta ta’ Egrant.
Il-PL qal li llum kien ikun aħjar li kieku David Casa skuża ruħu talli hu wkoll kien parti minn kalunja fil-konfront tal-Prim Ministru u martu. Kalunja ċċertifikata minn inkjesta ta’ 1,500 paġna li semgħet 477 xhud minn Maġistrat li kulħadd iddikjara l-fiduċja fih.