Kċina f’residenza fil-Belt Valletta ġarrbet ħsarat estensivi wara li nħakmet minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:35 fi Triq San Nikola fil-Belt Valletta fejn għal xi raġuni kċina f’residenza nħakmet minn nirien.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.