Persuna tilfet ħajjitha filwaqt li 13 indarbu wara li seħħet sparatura f’Toronto fil-Kanada.
Fost dawn il-persuni kien hemm ukoll tifla ta’ età żgħira.
Il-Pulizija Kanadiża spjegat li l-isparatura seħħet il-Ħadd filgħaxija, u matulha, l-agressur inqatel.
Waqt li l-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhix magħrufa, skont il-Pulizija Kanadiża u rapporti fil-midja intqal li l-isparar beda għal ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fil-parti Griega tal-belt.
Xhieda li kienu fil-post irrapurtaw li semgħu ħamsa u għoxrin sparatura.