L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-pożizzjoni tiegħu baqgħet ma’ nbidlitx. Busuttil qal dan fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara li l-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista vvota b’mod unanimu biex jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista.
Fuq Facebook, Busuttil li aktar kmieni matul il-jum intalab mill-Kap Adrian Delia biex jissospendi lilu nnifsu qal li l-pożizzjoni tiegħu diġà hija magħrufa pubblikament u ma nbidlitx. Tenna li se jibqa’ jaħdem għall-ġustizzja anke mingħajr l-appoġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/07/22/l-amministrattiv-tal-pn-isejjah-lil-busuttil-biex-iwarrab/