Fl-aħħar minuti bdew jaslu l-istamperija l-membri tal-Kunsill Amministrattiv. Din hi laqgħa li ssejħet b’urġenza wara li l-Kap attwali qal li l-Kap ta’ qablu għandu jissospendi lilu nnifsu.
Simon Busuttil kiteb fuq facebook li lest imur jiffaċja lil Kunsill Amministrattiv biex jgħid tiegħu għax qal li jrid jiġġieled għall-verità anke jekk jibqa’ waħdu.
David Thake, alleat ta’ Simon Busuttil, qal li Delia għandu għaġla biex kif irid Joseph Muscat ineħħi lil Simon Busuttil u għalhekk qed ilaqqa’ l-amministrattiv illum.
Fl-aħħar xhur Delia saħħah postu fl-amministrattiv u jirriżulta li huwa għalhekk dan l-ewwel organu li qed ilaqqa’ f’din il-kriżi ġdida fil-Partit Nazzjonalista. Kriżi li rriżultat wara inkjesta uriet li l-Partit Nazzjonalista bbaża l-aħħar kampanja elettorali fuq gidba.