L-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet ppubblikati minn Daphne Caruana Galizia fl-20 ta’ April tas-sena l-oħra, ikkonkludiet li l-kumpanija Egrant ma kinitx la tal-Prim Ministru Joseph Muscat la ta’ martu Michelle Muscat jew ta’ xi membri tal-familja tiegħu.
L-inkjesta stabbilixxiet li l-Prim Ministru u martu ma kinux involuti f’korruzzjoni jew f’ħasil ta’ flus u xejnet għalkollox l-allegazzjoni tar-Russa Maria Efimova li kien hemm miljun ewro li ġew ittrasferiti mill-kont bankarju tal-familja Aliyev fl-Ażerbajġan għall-kont ta’ Egrant.
L-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja kkonkludiet li l-kumpanija Egrant mhix tal-Prim Minsitru Joseph Muscat u lanqas ta’ martu Michelle Muscat jew ta’ xi qraba tagħhom hekk kif allegat f’April tas-sena li għaddiet mill-blogger Daphne Caruana Galizia. L-inkjesta xejnet ukoll l-allegazzjoni li saret fl-istess jum li mart il-Prim Ministru kienet irċeviet miljun dollaru Amerikan minn kumpanija ta’ bint il-Prisident tal-Ażerbajġan fil-kumpanija Egrant.
L-inkjesta li xedu fiha 477 persuna fiha kważi elf u ħames mitt paġna u tnejn u tliet konklużjoni. Mill-inkjesta joħroġ li l-Maġistrat Bugeja qabbad bosta esperti forensiċi internazzjonali ta’ reputazzjoni dinjija fl-oqsma tal-accounts u dawk diġitali li analizzaw id-dejta diġitali u d-dokumenti elevati mis-sistema bankarja tal-Bank Pilatus .
Mir-rapport joħroġ li l-evidenza diretta u expertise teknika wasslet biex stabbilit li kien hemm bosta punti li jikkontrastraw bil-kbir mal-allegazzjonijiet li saru minn Caruana Galizia, b’mod partikolari, id-dettalji li kienu jistrieħu fuq l-istorja li qaltilha r-Russa Maria Efimova u informazzjoni oħra li rriżulta li ġiet interpretata b’mod ħażin miġjuba minn leaks mill-FIAU.
L-inkjeta kkonkludiet li ma nstabu ebda dokumenti fis-safe jew filing cabinet li kien fil-kċina u lanqas band’oħra, li kienu juru li l-ishma f’Egrant kienu miżmuma f’isem jew għall-interess ta’ Michelle Muscat.
L-inkjesta stabbilit li l-uniċi dikjarazzjonijiet li rriżultaw lill-inkjesta ġew depożitati minn Pierre Portelli, li meta ġew analizzati għal darba tenjn minn esperti forensiċi barranin, irriżulta li kienu foloz.
Irriżulta li l-firem fuqhom meta mqabblin mal-firem ġenwini ma kinux jaqblu.
Fl-analiżi tagħhom l-esperti forensiċi internazzjonali qalu:
We have not found any digital versions of the Declarations of Trust you have been given which allegedly show that shares in Egrant are held by Mossack Fonseca nominees for Mrs Michelle Muscat.
L-inkjesta sabet ukoll li min iffalsifika dawn id-dikjarazzjonijiet kellu aċċess għall-informazzjoni b’referenza għal Egrant, Joseph Muscat u Michelle Muscat fost oħra. Informazzjoni li tinstab faċilment fuq l-internet u dettalji oħra dwar il-kumpaniji involuti setgħu wkoll jinstabu minn fuq il-website tal-ICIJ jew saħansitra permezz ta’ tfittxija fuq Google.
L-inkjesta qalet li ladarba rriżulta sodisfaċentament li dawn id-dikjarazzjonijiet kienu ffalsifkati, dawn ma jistax jitqiesu li jikkostitwixxu prova skont il-liġi.
Fil-fatt l-esperti jikkonkldu li ma sabu xejn li juri li mart il-Prim Minsitru Michelle Muscatma kellha x’taqsam ma’ Egrant kemm personalment jew permezz tal-kumpaniji li seta’ kellha.
We have found nothing in the digital data to suggest that Mrs Michelle Muscat,, either personally or through companies she may own, had anything to do with Egrant.
Saħansitra żiedu jgħidu li ma kien hemm xejn x’juri li qatt ma kien xi kont bankarju miftuħ f’isem il-kumpanija Egrant.
Ma rriżultax lanqas li fil-bank pilatus kien hemm xi kont bankarju miftuħ għal Egrant għal Prim Ministru Joseph Muscat jew għal martu jew membri tal-familja tagħhom. Lanqas ma rriżulta li Egrant kellha kont bankarju miftuħ, magħluq jew pendenti mal-Bank Pilatus.
Ma rriżultax lanqas li l-Prim Ministru u martu jew membri tal-familja tagħhom kienu klijenti tal-bank Pilatus jew li kellhom xi kont bankarju personali mal-bank.
Saħansitra l-inkjesta xejnet l-allegazzjoni li dakinhar li ħarġet l-istorja, ic-Chairman tal-bank Pilatus ħareġ klandestinament kwantità kbira ta’ dokumenti li kellhom x’jaqsmu mal-allegazzjonijiet li kienet qiegħda tippubblika Daphne Caruana Galizia.
L-inkjesta kkonkludiet ukoll li ma nstabet ebda riferenza ghal Egrant fis-sistemi bankarji tal-bank pilatus.
Ħareġ ukoll li ebda kumpanija li semmiet Caruana Galiza ma għamlet xi trasferiment jew ħlasijiet ta’ flejjes mill-kontijiet tagħhom fil-Bank Pilatus lil Egrant la fil-Pilatus u lanqas f’xi kont f’Dubai kif allegat.
L-Accountants Forensiċi qablu li ma nstabet ebdea tranżazzjoni ta’ ħlas ta’ miljun dollaru mill-kont ta’ bint il-president tal-Ażerbajġan lil Egrant jew xi tranżazzjoni oħra. Saħqu li m’għandhomx evidenza li torbot lill-persuni li rċevew dawn il-ħlasijiet mingħand Sahra FZCO to any onward payments to Michelle Muscat or to a company called Egrant.
Ma rriżultax lanqas li Egrant kellha kont bankarju miftuħ fil-Panama.
L-inkjesta nnotat ukoll kif Daphne Caruana Galizia kienet ħawdet dak li Efimova kienet qaltilha dwar episodju li ma kellu x’jaqsam xejn ma’ Egrant. Il-Maġistrat Bugeja qal li Caruana Galizia xehdet li Efimova kienet qaltilha bid-dettalji ta’ impjegat ta’ Nexia bt. Mill-banda l-oħra ir-Russa xehdet li dan ma kienx minnu u li għal darb’oħra Caruana Galizia kienet ħawdet dak li qaltilha.
Fl-inkjesta tiegħu, il-Maġistrat qal li x-xhieda ta’ Caruana Galizia u dik ta’ Efimova ngħataw importanza kbira peress li kienu l-pern tal-allegazzjonijiet li saru fl-artiklu tagħha. Madankollu l-inkjesta qalet li sabet diffikultà kbira biex, fl-aktar aspetti importanti tirrikonċilja l-verżjonijiet mogħtija minn Efimova fuq naħa u Caruana Galizia u Pierre Portelli fuq oħra mal-kumplament tal-evidenza miġbura fuq xaqliba oħra.
Il-Maġistrat jirrimarka li hemm diversi punti li Efimove u Caruana Galizia ma bdewx jaqblu kemm bejniethom kif ukoll separatament mal-kumpalament tal-evidenza miġbura fost oħrajn dwar camera fil-kċina fejn waqt li Caruana Galizia qalet li ma kienx hemm u r-Russa qalet li ma tiftakarx, fir-realta irriżulta li kien hemm camera bin-numru 13. Irriżultaw ukoll inkonsistenzi kbar dwar meta Effimova qalet li ltaqgħet għall-ewwel darba ma’ Caruana Galizia.
L-inkjesta toħroġ ukoll inkonsistenzi kbar fix-xhieda ta’ Caruana Galizia li l-ewwel xehdet li kellha kopja tad-dokumenti li suppost għadditilha r-Russa u wara xehdet li kienet taf fejn qegħdin iżda ma kienux fil-pussess tagħha.
Ħareġ ukoll li waqt li Caruana Galizia tgħid li d-dokumenti wriethomla Maria Efimova, din quddiem il-Maġistra ċaħdet dan kollu u qalet li kienet Daphne li wrietha d-declaration of trust u li staqsitha dwarhom u dwar il-bank account opening forms ta’ Egrant. Ir-Russa żiedet li hi qatt ma ħadet kopji jew ritratti ta’ dawn id-dokumenti mill-Pilatus.
Żiedet li DCG qatt ma wrietha dawn id-dokumenti u qatt ma qaltilha minn fejn kienet ġabet il-kopja li Caruana Galiza kienet urietha. Anzi fir-raba’ xhieda tagħha żżid li Caruana Galizia ma kinitx ġabet dawn id-dokumenti mingħandha, iżda skont il-maġistrat l-eżatt oppost ta’ dak li xehdet Daphne Caruana Galizia.
Inkonistenza oħra toħroġ dwar żewġ dokumenti li caruana galizia qalet li kienu fil-pussess ta’ Efimova tant li quddiem l-ispettur Ian Joseph Abdilla wieġbet li Efimova kienet urietha l-formula għall-ftuh ta’ kont bankarju ta’ Al Sahra. Madankollu r-Russa ċaħdet dan u qalet li hija rat ta’ ċertu Sahra FZCO u mhux ta’ al Sahra iżda ma kellhiex kopja ta’ dawn id-dokumenti.
DCG qalet li ma setgħetx taħlef li rat id-dokumenti meta fis-seduta ta’ qabel ħalfet li rathom
L-inkjesta żżid tgħid li huwa stramb kif Caruana Galizia tgħid li rat id-dokumenti ta’ Al Sahra meta din il-kumpanija rriżulta lill-inkjesta li ma kinitx teżisti. Saħanistra fit-tieni xhieda tagħha, meta mistoqsija mill-Maġistrat jekk kinitx rat xi ħaġa bil-miktub dwar dawn id-dokumenti, Caruana Galizia marret lura minn dak li kienet xehdet f’April u qalet ma nistax naħlef imma ma nistax naħlef, minkejja li fis-seduta preċedenti kienet ħalfet li rathom.
Saħansitra xehdet li kienet rat id-dokumenti ta’ Egrant meta din ma rriżultat minn imkien fil-kotba u rrecords stampati u diġitali tal-bank, jew l-evidenza oħra miġbura. Biss DCG qalet li kienet ir-Russja li wriethomlha.
Il-Maġistrat qal li jekk DCG titwemmen fuq dan il-punt, ikun ifisser li Maria Efimova li setgħet twieġeb jekk dawn id-dokumenti li wriet lil Cauana Galizia kinux veri u ġenwini jew le. Biss Maria Efimova xehdet li hi qatt ma ħadet kopji tagħhom u rathom biss fil-bank pilatus.
Ħareġ ukoll li Efimova qalet lil Pierre Portelli li hi ma kelliex id-dokumenti dwar Egrant. Fl-istess waqt Portelli xehed li kemm Caruana Galizia kif ukoll Maria Efimova kienu qalulu li d-dokumenti kienu għaddewhom lill-Maġistrat inkwerenti meta fil-fatt, il-Qorti qalet li qatt ma wrew u wisq anqas ipproduċew dokumenti fl-atti tal-inkjesta!