Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħa konjizzjoni tal-fatt li l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u ta’ martu tlestiet u għaddiet għand l-Avukat Generali. Il-Prim Ministru ħa wkoll konjizzjoni tal-fatt li min-naħa tiegħu l-istess Avukat Ġenerali b’mod immedjat beda analiżi tagħha.
In vista tal-fatt li skont il-liġijiet tagħna hu l-Avukat Ġenerali li jirregola jekk inkjesta tistax tiġi pubbliċizzata jew le, il-Prim Ministru talab li l-inkjesta tiġi ppubblikata.
Il-Prim Ministru se jkun qed jagħti r-reazzjoni tiegħu mal-ewwel hekk kif l-inkjesta issir pubblika.
I have been informed that independent Magistrate Bugeja concluded inquiry I asked for on allegations against me & my wife, and handed it over to Attorney General. I asked AG to publish inquiry as soon as he concludes his internal review. I will comment immediately after -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 21, 2018