Dalgħodu tnediet it-tnax-il edizzjoni tal-Kilimanjaro Challenge li se tlaqqa’ sbatax-il parteċipant minn seba’ nazzjonalitajiet differenti sabiex jitilgħu l-ogħla muntanja fid-dinja.
L-għan aħħari ta’ kull edizzjoni huwa li jinġabru l-flus għall-proġetti differenti. Mill-ewwel edizzjoni li saret fl-2013, tlestew disa’ proġetti u nġabru total ta’ €800,000.
L-edizzjoni ta’ din is-sena qed timmira li tigbor €90,000 għal proġett li beda Dun Ġorġ li miet Settembru li għadda li huwa wkoll wieħed mill-imħuħ wara din l-inzjattiva. Il-flus miġbura ha jintużaw sabiex titlesta dar li se tospita mitejn tifel u tifla b’diżabilità fil-Bongo fl-Etjopja. X’ħin titlesta, din id-dar se tissemma għall-istess Dun Ġorġ li beda l-ħidma fuqha fis-sena 2012.
Intant, il-parteċipanti li l-età tagħhom tvarja bejn id-dasatax u l-erbgħin sena qed jitħarġu kull ġimgħa sabiex ikunu ppreparati għal din l-isfida.