Ritratt ta’ igwana tixxemmex ħdejn il-baħar fil-Qawra li tpoġġa fuq Facebook ġibed l-attenzjoni ta’ bosta b’uħud isostnu li allaħares kellhom jaraw xi ħaġa ta’ din ix-xorta.
Kienu bosta li tħasbu hekk kif dawn it-tip ta’ igwanas ikunu f’riskju kbir jekk jiġu abbandunati għal rashom f’żoni bħal dawn u jaf jitilfu ħajjithom peress li mhux it-tip ta’ abitat li mdorrijin jgħixu fih.
Iżda wara ħafna kummenti b’uħud isostnu li jitwerwru u oħrajn jistaqsu x’ġara minnha għax interessati jaddottawha, kienet persuna waħda li spjegat kif din l-igwana hi ta’ familja u li mhxu l-ewwel darba li marret il-baħar.
Spjegat kif din l-igwana hi vera mansa u li familtha joħduha magħhom tgħum u tilgħaq ftit ix-xemx.