Is-Sibt filgħaxija l-Fosos tal-Furjana se jerġa’ jkun il-post fejn it-talent Malti se jiżżewwaq ma’ aktar artisti ta’ fama internazzjonali.
Din id-darba jmiss lill-kantant Taljan Eros Ramazzotti, li se jingħaqad mat-Tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja.
Fuq il-Fosos tal-Furjana għaddejjin l-aħħar preparamenti għal dan il-kunċert annwali li t-tenur Joseph Calleja jtella’ għall-udjenza Maltija anke bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
B’Joseph Calleja, lejliet il-kunċert kellu messaġġ x’jgħaddi għall-udjenza maltija.
“I’m so looking forward, to sing for you my Maltese audience.”
Iżda Eros Ramazzotti u Joseph Calleja mhux se jkunu waħidhom. Magħhom se tingħaqad l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Sigmund Mifsud ic-‘chairman’ tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, qal li l-kunċert ta’ Joseph Calleja jfisser ħafna għal din l-Orkestra
“Wieħed mill-kunċerti li ġie fl-aħħar tal-istaġun. Ovjament onorati li ndoqqu ma tenur Malti.”
L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Eugene Koin.
“Il-‘promoters’ nng dejjem jatu spazju għat-talent malti u nħallikhom b sorpriżi għal nhar is-Sibt.”
Il-biljetti għal dan il-kunċert inbiegħu ġmielhom. Madankollu, il-pubbliku se jkun jista’ jsegwi l-kunċert live bla ħlas fil-parti għall-udjenza bilwieqfa.