Whatsapp ser ikun qed jimponi regoli ġodda fl-Indja fejn fost oħrajn ser ikunu limitati l-ammont ta’ messaġġi li jintbgħatu mingħand ħaddieħor (forward).
Dan ser ikun qed isir bħala tentattiv sabiex jitnaqqsu d-drabi li jinxterdu aħbarijiet foloz fuq din il-pjattaforma.
Dawn ir-regoli ser ikunu ntrodotti wara li minn tal-inqas 18-il persuna minn madwar l-Indja f’dawn l-aħħar erba’ xhur, inqatlu b’riżultat ta’ aħbarijiet foloz.
Ilbieraħ il-Gvern Indjan tenna li ser ikun qed jieħu passi legali fil-konfront tal-kumpanija jekk ma tieħux passi dwar din is-sitwazzjoni.
Iktar min 200 miljun persuna fl-India jagħmlu użu mill-Whatsapp. Dan jistabbilixxi lill-Indja bħala l-iktar pajjiż li jagħmel użu minn Whatsapp.