Reġgħu infetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li jridu japplikaw għall-klassiijiet ta’ reviżjoni b’xejn tas-SEC.
L-applikazzjonijiet ser jibqgħu miftuħin sa għada, is-Sibt 21 ta’ Lulju fid-09:00am. Studenti jistgħu japplikaw fuq is-sit : education.gov.mt/revision
Student jista’ anke jżur wieħed miċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov u hemmhekk jingħata għajnuna immedjata minn nies imħarrġa apposta li jgħinuk timla’ l-applikazzjoni. Il-Freephone 153 wkoll joffri assistenza lil min ikollu bżonnha. L-istess joffru wkoll il-mobile apps li jitrattaw il-qasam tal-edukazzjoni fl-app maltapps.
Dawn il-klassijiet offruti b’xejn mill-Gvern ser iservu ta’ għajnuna għaż-żgħazagħ kollha li minkejja l-isforzi tagħhom xorta waħda ma jkunux ġabu l-marki meħtieġa. Dawn il-klassijiet mogħtija fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, il-Fiżika u l-Bijoloġija jingħataw lil dawk l-istudenti li minn tal-inqas ikunu ġabu 6 jew 7 fit-tali suġġetti.
B’hekk l-istudenti għandhom għażla wiesgħa minn fejn jistgħu jaċċessaw is-servizzi governattivi, b’servizz.gov fuq quddiem nett biex jiffaċilita l-aċċess u l-għoti tas-servizz.