Ħadd ma ndarab wara li ċella f’Kordin inħakmet minn nirien. Il-każ seħħ aktar kmieni llum meta inħakem nar f’waħda miċ-ċelel tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Minnufih il-gwardjani tal-Faċilità intervjenew u rnexxielhom jitfu n-nar biex ma jkomplix jinfirex.
Dan tħabbar fi stqarrija mibgħuta mill-Ministeru għall-Intern fejn qal li ħadd ma weġġa’ f’din l-operazzjoni iżda tnejn mill-gwardjani tal-Faċilità ngħataw l-assistenza medika.
L-awtoritajiet tal-Faċilità minnufih infurmaw lill-pulizija. Għaddejja investigazzjoni interna, investigazzjoni oħra mill-pulizija u inkjesta maġisterjali.