Hekk kif jissoktaw l-impenji tal-President Amerikan fl-Ewropa, Donald Trump temm żjara ta’ jumejn fir-Renju Unit u se jtir lejn il-Fillandja fejn se jipprepara għal summit mal-President Russu Vladimir Putin għada t-Tnejn.
Iż-żjara ta’ Trump fl-Ingilterra kienet iddominata minn protesti madwar il-pajjiż, b’persuni saħansitra nġabru jipprotestaw biswit il-post fejn ilbieraħ waranofsinhar kien qed jilgħab il-golf.
Intant fl-aħħar sigħat kien hemm l-għidut li s-summit bejn il-President Russu u dak Amerikan jitħassar – wara li l-Istati Uniti akkużat tnax-il uffiċjal Russu b’indħil fl-elezzjoni li għaddiet, iżda kelliema għall-White House qalet li l-laqgħa se ssir kif ppjanat f’Helsinki.
Min-naħa tiegħu, Trump uża Twitter biex kkritika lill-predeċessur tiegħu Barack Obama dwar l-allegat indħil Russu fl-elezzjoni Presidenzjali li għaddiet.