Ħalla Malta lejn il-Lussemburgu t-tieni grupp ta’ immigranti li daħal f’Malta fuq il-bastiment MV Lifeline lura fis-27 ta’ Ġunju.
Dan hu t-tieni grupp li ħalla Malta hekk kif fil-5 ta’ Lulji 51 immigrajn marru lejn Franza dan wara li b’inizjattiva tal-Prim Ministru Joseph Muscat intlaħaq il-ftehim addattat biex l-immigranti jitqassmu bejn Malta, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Belġju.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel talli kkopera u ħadem id f’id tul dan il-ftehim dwar il-migrazzjoni.
I thank @Xavier_Bettel for having #Luxembourg participate in the ad hoc #Malta #Lifeline #migrationEU redistribution initiative -JM pic.twitter.com/4J3zdo3eJ6
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 15, 2018
Intant ilbieraħ 450 immigrant, li jinsabu abbord żewġ dgħajjes, mistennija jinżlu fil-portijiet Taljani.
Dan ħabbru l-Prim Ministru Joseph Muscat is-Sibt filgħaxija permezz ta’ Tweet fejn stqarr li huwa tkellem mal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte u wiegħed li bħal ma sar fil-każ tal-MV Lifeline, Malta se tkun qed tgħin fid-distribuzzjoni tal-immigranti fost numru ta’ pajjiżi Ewropej.