Tifel ta’ 12-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn ambulanza f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u għoxrin ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema.
Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li tifel ta’ 12-il sena safa’ ferut wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Fiat Ducato, ambulanza. li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena, residenti Birżebbuġa.
It-tifel li huwa Russu, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
Ritratti: Giulia Rossini