Raġel indarab gravi u mara ħelsitha ħafif wara inċident bejn ħames karozzi f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema.
Il-Pulizija tad-Distrett marru min nufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip BMW 320 misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Raħal Ġdid u vettura tat-tip Re nault Clio misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti s-Siġġiewi u li flimkien miegħu kien hemm ma ra ta’ 27 sena residenti Ta’ Xbiex.
B’kawża ta’ dan l-impatt, intlaqtu tliet vetturi li kienu ipparkjati fl-imsemmija triq .
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq u l-passiġġier tar-Renault Clio l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ndarbet ħafif.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-in vestigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.
Għal xi ħin fuq il-post tal-inċident kien hemm kommossjoni hekk kif zviluppa argument li minnufih twaqqaf mill-Pulizija.