Libjan ġie arrestat wara wara li flimkine ma persuna oħra li mhux identifikata kellhom argument ma tliet Żvediżi ġewwa residenza . Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 20:30 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, Tas-Sliema. Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni kien qam argument bejn ħamest irġiel u li tlieta minnhom sofrew xi ġrieħi. Jidher li t-tlett irġiel feruti, li huma kollha Żvediżi u għandhom 32 sena, allegatament kienu aggrediti minn raġel Libjan ta’ 36 sena u persuna oħra li l-identita` tagħha għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet wieħed mill-Iżvediżi għall-kura l-Isptar Mater Dei , fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tnejn l-oħra weġġgħu ħafif. Ir-raġel Libjan ġie arrestat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit fis-Swieqi u għadu qiegħed jinżamm għall-iktar stħarriġ.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.