Il-media taljana qed tirraporta li Antonio Conte tkeċċa minn manager ta’ Chelsea meta kien fadallu sena fuq il-kuntratt. Ix-xnijjat li Conte ma kienx ser jibqa jmexxi mit-tim minn Londra ilhom għaddejjin iżda issa jidher li t-tmexxija ta’ Chelsea waslet għal deċiżjoni finali. Conte rnexxilu jirbaħ l-kampjonat fl-ewwel sena tiegħu ma’ Chelsea iżda rnexxilu jwassal lil Chelsea sal-ħames post matul l-istaġun li għadda. Is-suċċessur tal-ex kowċ tat-tim nazzjonali Taljan u ta’ Juventus mistenni li jkun it-taljan l-ieħor Maurizio Sarri li fit-tmiem l-istaġun li għadda ħalla lil Napoli. |