Żgħażugħ ta’ 19-il sena spiċċa arrestat wara li ħareġ jiġri fuq ir-runway fl-Ajruport ta’ Atalanta liebes biss qalziet ta’ taħt.
L-uffiċjali tas-sigurta tal-ajruport qalu li l-ġuvni spiċċa fuq ir-runway wara li qabeż xatba għolja sular.
Filmati li kienu qed jiġu ċċirkolati fuq xi siti soċjali juru li l-Pulizija damu mal-ħames minuti biex arrestaw lir-raġel hekk kif beda jiġri b’mod isteriku madwar ajruplan li kien għadu kemm wasal fl-ajruport minn Miami.
Il-ġuvni qed jiġi akkużat li daħal f’żona ristretta tal-ajruport, li ma kienx liebes b’mod diċenti fil-pubbliku u li rreżista l-arrest tal-Pulizija.