L-għar fit-Tramuntana tat-Tajlandja fejn tnax-il tifel u l-kowċ tagħhom tal-futbol inqabdu għal aktar minn ġimgħatejn, mistenni jinbidel f’mużew.
L-uffiċċjali tas-salvataġġ qalu li l-mużew se juri kif evolviet l-operazzjoni biex ġew salvati t-tfal u l-kowċ tagħhom u sostnew li se jkun attrazzjoni prinċipali għat-Tajlandja.
Minn tal-inqas, żewġ kumpaniji qegħdin jikkunsidraw li jagħmlu wkoll film li jirrakonta l-istorja tas-salvataġġ. Intant, il-grupp salvat qegħdin kollha rikoverati l-isptar, b’filmat li inħareġ jurihom fi stat ta’ saħħa tajjeb u fi spirti pożittivi, minkejja li jridu jinżammu kwarantina għal ġimgħa.