L-ispeaker tal-Parlament Malti Anġlu Farrugia jinsab f’ Warsaw il-Polonja biex jingħaqad ma’ speakers tal-Parlament oħrajn mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant biex flimkien jattendu għat-tielet summit tal-Speakers fil-550 sena minn meta beda jopera l-Parlament Pollakk.
L-ispeaker kien mistieden mill-Marixxall ta’ Sejm tar-Repubblika Pollakka Marek Kuchciński u l-marixxall tas-Senat tar-Repubblika Pollakka Stanislaw Karczewski.