L-Aġenzija Maltija Kontra l-Ħasil tal-Flus qalet li għandha riservi serji dwar il-proċess li adottat l-Awtorità Bankarja Ewropea fl-investigazzjoni prelimarja tagħha dwar ksur tal-liġi Ewropea waqt is-superviżjoni tal-operat tal-Bank Pilatus.
Fi stqarrija, l-FIAU qalet tinsab iddiżappuntata bil-konklużjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea li l-FIAU kisret il-liġi tal-Unjoni Ewropea.
Minkejja dan, l-FIAU qalet li se tkompli tikkopera mal-Awtorità Bankarja Ewropea matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-FIAU li daħal fis-seħħ qabel il-ftuħ tal-investigazzjoni tal-EBA dwar possibilità ta’ ksur tal-liġi tal-UE f’Novembru li għadda.
L-FIAU qalet li se tkun qiegħda twieġeb lill-Awtorità Bankarja Ewropea.