Komplew is-sensiela ta’ riżenji bi protesta għall-istrateġija ta’ Theresa May rigward il-Brexit. Maria Caulfield u Ben Bradley irreżenjaw mill-kariga tagħhom ta’ viċi-chairpersons tal-Partit Konservattiv.
Huma wissew li t-tnejn li huma jinsabu f’riskju li jitilfu s-siġġu parlamentari tagħhom jekk il-gvern Ingliż ma jasalx għal ftehim ta’ Brexit hekk meqjusa bħala iebsa – dik li taqta’ kull forma ta’ relazzjoni ma’ Brussell.
Dan wara li fil-jum tat-Tnejn irreżenjaw Boris Johnson u David Davis mill-karigi tagħhom tas-Segretarji għall-Affarijiet Barranin u Brexit rispettivament.