Il-Viċi Kap, l-għalliema u l-learning support educators tal-Education Hub fl-Imsida ngħataw ċertifikati wara li dawn attendew għall-sessjonijiet ta’ taħriġ iktar kmieni din is-sena.
Wara li ġie ffirmat memorandum of understanding bejn l-MCAST u l-Education Hub is-sena li għaddiet, din saret partner school tal-MCAST u mis-sena d-dieħla din se tibda toffri skill kits lill-istudenti.
Il-maniġment tal-MCAST u l-istaff taw taħriġ fuq il-ħsieb wara l-iskill kits, u kif dawn jingħataw u kif jiġu assessjati.
L-istudenti li jispiċċaw l-iskill kits tal-livell MQF 1 b’suċċess ikunu jistgħu jsegwu programm fil-livell MQF 2 li hu offrut mill-Foundation College tal-MCAST.
Fi stqarrija l-MCAST qalet li tħares ‘l quddiem għal iktar ħidma flimkien mal-Education Hub u li tilqa’ iżjed studenti.