Minn tal-inqas 126 persuna mietu f’għargħar u ċaqlieq tal-art li kienu kkawżati minn xita qawwija fil-Punent tal-Ġappun.
Din hija l-għola ċifra qatt irreġistrata fil-Ġappun ta’ mwiet ikkawżati minn xita fi tlett deċenji.
Ħaddiema tas-salvataġġ qed iħaffru qalb it-tajn u t-tifrik f’ġirja kontra l-ħin biex isibu nies li setghħu salvaw, hekk kif għexieren għadhom neqsin.
Madwar żewġ miljun persuna ġew evakwati mir-reġjun wara li nfaqgħu l-ġnub tax-xmajjar.
Il-Prim Ministru Shinzo Abe ħassar vjaġġ li kellu ppjanat sabiex jieħu kontroll tal-kriżi tal-għargħar.