Strabiżmu hija dik is-sitwazzjoni tal-għajnejn li flok iħarsu paralleli għal xulxin, ikunu daru u jħarsu u jiffukaw fuq punt wieħed. U hekk qed jigri lill-ġurnalisti u taparsi politikanti li għandna mas-saqajn. Għax sirna qisna team tal-futbol. Biex nilgħabu l-logħba tal-politika f’Malta, iridu jġibu dejjem il-players minn barra, ħalli jilgħabu l-logħba tagħhom.
L-anqas jafu kemm ifallilhom. Il-Maltin u l-Għawdxin dejjem aktar qed jitgħallmu li jagħmlu dak li jaqbel lilhom. U jista’ jkun hemm min jikteb u jgħid kontra Malta, għax il-Maltin ikejlu bix-xiber tagħhom u mhux bix-xiber ta’ ħaddieħor. Spiċċa ż-żmien li kulħadd ibaxxi rasu għax jitkellem xi Taljan, Ingliż, Ġermaniż jew xi ġurnalist minn kull rokna tal-Ewropa. Il-Maltin jafu jiżnu.
Pero, dan ma jneħħix il-fatt li hawn strabiżmu qawwi f’ċertu settur tal-ġurnalizmu, fosthom u mhux l-inqas, u addio t-tradizzjonijiet nobbli li kellha, t-Times of Malta.
Ġabu artiklu fuq il-firma ta’ Denise Grech li jgħid li l-Kummissarju għad-Drittijiet Umani fi Strasbourg inkwetat minħabba l-pożizzjoni tal-gvern Malti fuq il-kwistjonijiet tal-immigranti jew rifugjati eċċ eċċ. Jien bħas-soltu ma ridtx nemmen li din infexxet fuq Malta. L-ewwel nett kien hemm xi frażijiet li juru li hi tkellmet il-pajjiżi kollha tal-Ewropa, u l-ġurnalista konvenjentement, u għax twerċet politikament (dak ifisser strabiżmu- titwerreċ) qrajt kollox li kienet qed tgħid għal Malta.
Fil-fatt mhux hekk. Jien tħalt fuq il-website tal-Kunsill tal-Ewropa u rajt x’qalet. Il-Kummissarju għamlet stqarrija lill-istampa u qagħdet attenta li ma ssemmi l-ebda pajjiż. Din mhix fidila. Jekk kellha ssemmi lil xi ħadd, se jkollha ssemmi l-gvern Taljan, li saħansitra il-Ministru tal-Forzi Armati bid-dikjarar qalet li ma taqbilx mal-Ministru tal-Intern, cioe` Matteo Salvini. Biex ħadet il-post li għandha kellhom jivvutaw il-membri rappreżentanti l-pajjiżi tal-Kunsill tal-Ewropa. Mhux se ddardar l-għajn li trid tixrob minnha.
Allura dak li qalet huma paroli fuq paroli u jgħodd għal kulħadd u għal kull pajjiż.
Il-ħsara hija li l-ġurnalista tat-Times qrajtu qisu miktub bil-Malti ghall-Maltin. Aktar jien ukoll, intlift fuq ħanqa ta’ ħmar, jew ħmara!